7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Korsch vs UASI (PharmaCheck)
(Kawża T-296/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark verbali PharmaCheck - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti’)
(2009/C 55/40)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Grzam, sussegwentement M. Dittmann u M. Scheffler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Ġunju 2007 (Kawża R 358/2007-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PharmaCheck bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Korsch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy