6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — TridonicAtco vs UASI (Intelligent Voltage Guard)
(Kawża T-297/07) (1)
(“Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Intelligent Voltage Guard - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 313/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TridonicAtco GmbH & Co. KG (Dornbirn, l-Awstrija) (rappreżentanti: l-ewwel L. Wiltschek, avukat, wara L. Wiltschek u E. Tremmel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Appelli tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 108/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Intelligent Voltage Guard bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TridonicActo GmbH & Co. KG hija kkundannata għal-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy