23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta’ servizzi informatiċi relatati mal-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ portal tal-internet - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Trattament ugwali - Trasparenza)
2010/C 288/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Lulju 2007, li jiċħdu l-offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 1 (xogħol ta’ editjar u ta’ traduzzjoni) u għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastruttura), għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek” (ĠU 2006/S 143-153057), u li jagħtu dawn il-kuntratti lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tirrifjuta l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti ENTR/05/78, għal-lott Nru 2 (ġestjoni tal-infrastruttura), għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-portal “L-Ewropa tiegħek”, u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor, hija annullata.
(2)
Il-bqija tat-talba għal annullament hija miċħuda.
(3)
It-talba għad-danni hija miċħuda.
(4)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha u 50 % tal-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.
(1) ĠU C 235, 06.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy