20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-5 ta' Novembru 2008 — Calzaturificio Frau vs UASI — Camper (Forma ta' arkata stilizzata b'wiċċ solidu)
(Kawża T-304/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta arkata stilizzata b'wiċċ solidu - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta arkata stilizzata - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 327/41)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Calzaturificio SpA (San Giovanni Ilarione, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u L. Rampini, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Camper, SL (Inca, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 768/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Camper, SL u Calzaturificio Frau SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Calzaturificio Frau SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy