7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Jannar 2009 — Hansgrohe vs UASI (AIRSHOWER)
(Kawża T-307/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali AIRSHOWER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)
(2009/C 55/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hansgrohe AG (Schiltach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Weidert u J. Zehnsdorf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u S. Schäffner, aġenti)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta' Mejju 2007 (Każ R 1281/2006-1) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali AIRSHOWER bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hansgrohe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy