7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Jannar 2009 — Commercy vs UASI — easyGroup IP Licensing (easyHotel)
(Kawża T-316/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali easyHotel - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EASYHOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Għajnuna legali - Applikazzjoni mressqa mill-amministratur ta' proċedura ta' falliment ta' kumpannija kummerċjali - Artikolu 94(2) tar-Regoli tal-Proċedura’)
(2009/C 55/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Commercy AG (Weimar, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Jaschke, sussegwentement minn S. Grosse u I. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: easyGroup IP Licensing Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Koerl u S. Möbus, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1295/2006-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Commercy AG u easyGroup IP Licensing Ltd.
Dispożittiv
1)
It-talba għal għajnuna legali hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Commercy AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 6.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy