10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni vs B2 Test
(Kawża T-317/07) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest ta' programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku, inkluż ta' dimostrazzjoni fil-qasam tat-tekonoloġiji industrijali u tat-teknoloġiji materjali (1994-1998) - Nuqqas ta' osservanza tal-kuntratt - Rimbors tal-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Kummissjoni’)
(2009/C 6/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Escobar Guerrero, aġent, assistita minn E. Boutier u J. Marthan, avukati)
Konvenuta: B2 Test SA (Gardanne, Franza) (rappreżentant: M. Baffert, avukat)
Suġġett
Talba skont l-Artikolu 238 KE, għar-rimbors tal-ammont ta' ħlas bil-quddiem magħmul mill-Komunità Europea, flimkien mal-imgħaxijiet għal dewmien, fil-kuntest tal-kuntratt BRST-CT-98-5452, kif ukoll il-ħlas tad-danni.
Dispożittiv
1)
Il-B2 Test SA hija kkundannata għar-rimbors lill-Kummissjoni tas-somma prinċipali ta' EUR 43 437,94, miżjuda bl-imgħaxijiet għal dewmien bir-rata legali annwali applikabbli fi Franza, mill-31 ta' Lulju 2002 sad-data sal-ħlas sħiħ tad-dejn.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.
3)
B2 Test hija kkundannata għal-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy