17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — Lufthansa AirPlus Servicekarten vs UASI — Applus Servicios Tecnológicos (A+)
(Kawża T-321/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A + - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AirPlus Internazzjonali - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 8(1)(b) u 8(5), Artikoli 73, 74 u 79 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) u l-Artikoli 75, 76 u 83 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 100/58
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Applus Servicios Tecnológicos, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Torner Lasalle, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 310/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH u Applus Servicios Tecnológicos, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Lufthansa AirPlus Servicekarten GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy