10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Novembru 2008 — Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe vs UASI (SURFCARD)
(Kawża T-325/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SURFCARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv parzjali - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/56)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE) (Strasburgu, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, J. Schouman u L. Paudrat, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SURFCARD bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1130/2006-1) hija annullata safejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tas-sinjal verbali SURFCARD għal “ġarrieri ta' data manjetiċi, ġarrieri ta' data ottikali” li jaqgħu fil-klassi 9 kif ukoll ta' “servizzi ta' karti ta' kreditu, servizzi ta' karti ta' debitu” li jaqgħu fil-klassi 36 skont il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat.
2)
Ir-rikors huwa miċħud fil-bqija.
3)
Il-Caisse fédérale du Crédit mutuel Centre-Est Europe (CFCMCEE) u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy