24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ Settembru 2009 — Cheminova et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-326/07) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘malathion’ - Noninklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Rikors għal annullament - Locus standi - Ammissibbiltà - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni mill-AESI - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 - Preżentazzjoni ta’ studji ġodda - Artikolu 8(2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000 - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Artikolu 95(3) KE, Artikolu 4(1) u Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414”)
2009/C 256/44
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cheminova A/S (Harboøre, id-Danimarka); Cheminova Agro Italia Srl (Ruma, l-Italja); Cheminova Bulgaria EOOD (Sofia, il-Bulgarija); Agrodan, SA (Madrid, Spanja); et Lodi SAS (Grand-Fougeray, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati, u P. Sellar, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/389/KE tas-6 ta’ Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tal-malathion fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza [notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2337] (ĠU L 146, p. 19).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Cheminova A/S, Cheminova Agro Italia Srl, Cheminova Bulgaria EOOD, Agrodan, SA u Lodi SAS għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni, inkluż dawk tal-proċedura sommarja.
(1) ĠU C 247, 20.10.2007.
Full & Egal Universal Law Academy