15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/51
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-4 ta' Lulju 2008 — Entrance Services vs Il-Parlament
(Kawża T-333/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Tiswija u manutenzjoni ta' apparati awtomatiċi, xogħol ta' l-injam u apparat simili fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda ta'offerta - Żball serju fil-qasam professjonali - Artikolu 93 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002)
(2008/C 209/91)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Entrance Services (Vilvorde, Il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u V. Bertrand, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u P. López-Carceller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti għat-tiswija u l-manutenzjoni ta' apparati awtomatiċi, xogħol ta' l-injam u apparat simili fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-offerta magħmula minn Entrance Services u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti għat-tiswija u l-manutenzjoni ta' apparati awtomatiċi, xogħol ta' l-injam u apparat simili fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell, hija annullata.
2)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy