16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-19 ta’ Novembru 2009 — Denka International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-334/07) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva dichlorvos - Noninklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Opinjoni ta’ grupp xjentifiku tal-EFSA - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 - Preżentazzjoni ta’ studji ġodda u ta’ data matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni - Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 451/2000 - Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Artikolu 95(3) KE, Artikolu 4(1) u Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/414”)
2010/C 11/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Denka International BV (Barneveld, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/387/KE, tas-6 ta’ Ġunju 2007, dwar in-noninklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 145, p. 16).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Denka International BV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 269 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy