7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Mergel et vs UASI (Patentconsult)
(Kawża T-335/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Patentconsult - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volker Mergel (Wiesbaden, il-Ġermanja); Klaus Kampfenkel (Hofheim, il-Ġermanja); Burkart Bill (Darmstadt, il-Ġermanja); u Andreas Herden (Wiesbaden) (rappreżentant: G. Friderichs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Ġunju 2007 (Każ R 299/2007-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Patentconsult bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Volker Mergel, Klaus Kampfenkel, Burkart Bill u Andreas Herden huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy