22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Bianchi vs ETF
(Kawża T-338/07) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal perijodu determinat - Deċiżjoni li tiċħad it-tiġdid tal-kuntratt - Artikolu 47(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg”)
2010/C 134/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Irène Bianchi (Torino, l-Italja) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: M. Dunbar, aġent, assistit minn G. Vandersanden, sussegwentement minn L. Levi, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Ġunju 2007, Bianchi vs ETF (F-38/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra),u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud
(2)
I. Bianchi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy