5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-28 ta’ Ottubru 2009 — Juwel Aquarium vs UASI — Potschak (Panorama)
(Kawża T-339/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Panorama - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 297/27
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Juwel Aquarium GmbH & Co. KG (Rotenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt u M. Bergermann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Christian Potschak (Bobingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 214/2006-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Christian Potschak u Juwel Aquarium GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Juwel Aquarium GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy