27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-9 ta’ Frar 2010 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-340/07) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ‘eContent’ - Kuntratt relatat ma’ proġett intiż sabiex jiżgura li l-programm ikollu l-effiċjenza massima u li jkun hemm l-usa’ parteċipazzjoni possibbli tal-gruppi li fil-konfront tagħhom huwa mmirat - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Xoljiment tal-kuntratt”)
2010/C 80/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropeja (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, assistit minn D. Philippe u M. Gouden, avukati)
Suġġett
Rikors skont l-Artikoli 235 KE, 238 KE u 288 KE intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu subit minħabba n-nuqqas ta’ twettieq, min-naħa tagħha, ta’ ċerti obbligi kuntrattwali fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873 relatat mal-proġett intitolat “e-Content Exposure and Business Opportunities”.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy