10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-340/07 RENV) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għal proġett fil-kuntest tal-programm eContent - Rexissjoni tal-kuntratt mill-Kummissjoni - Rimbors tal-ispejjeż eliġibbli”))
2014/C 395/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u M. Wilderspin, sussegwentement M. Wilderspin, S. Delaude u L. Cappeletti u fl-aħħar nett S. Delaude u L. Cappeletti, aġenti, assistiti minn D. Philippe u M. Gouden, avukati)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ initiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas, minn naħa, somom allegatament dovuti lir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, l-interessi, wara r-rexissjoni ta’ kuntratt dwar l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija għall-proġett “e-Content Exposure and Business Opportunities” (kuntratt Nru EDC-53007 EEBO/27873), konkluż fil-kuntest tal-programm multi annwali tal-Komunità intiż sabiex jinkoraġġixxi l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fin-netwerks globali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà tal-informazzjoni.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE s-somma ta’ EUR 8 843,10.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati 5 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, u din tal-aħħar għandha tbati 95 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 267, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy