27.3.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 80/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2010 — O2 (Germany) vs UASI (Homezone)
(Kawża T-344/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Homezone - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 80/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: O2 (Germany) GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Fottner u M. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1583/2006-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Homezone bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1583/2006-4), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy