10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 — Duro Sweden vs UASI (EASYCOVER)
(Kawża T-346/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EASYCOVER - Raġunijet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94’)
(2009/C 6/57)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Duro Sweden (Gävle, l-Iżveżja) (rappreżentant: R. Bird, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u D. Botis, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EASYCOVER bħala trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinn) (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4) hija annullata f'dak li jikkonċerna l-prodotti fil-kategorija “monumenti mhux metalliċi”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Duro Sweden AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy