7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — Somm Srl vs UASI (Struttura li tagħti d-dell)
(Kawża T-351/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Struttura li tagħti d-dell - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/61)
Lingwa tal-kawża:It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Somm Srl (San Mauro Torinese, l-Italja) (rappreżentant: M. Ferro, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. Bullock, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ġunju 2007 (Każ R 1653/2006-1) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, li jirrappreżenta struttura li tagħti d-dell, bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Somm Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy