7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni vs Rednap
(Kawża T-352/07) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tar-raba' programm-qafas għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni - Proġetti Rise u Healthline - Nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta' parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem - Proċedura fil-kontumaċja’)
(2009/C 55/43)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u J. Enegren, aġenti)
Konvenuta: Rednap AB (Malmö, l-Iżveżja)
Suġġett
Rikors ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 238 KE sabiex jinkiseb ir-rimbors ta' parti mill-ammonti mħallsa bil-quddiem mill-Komunità fil-kuntest tal-kuntratti DE 3010 (DE) Rise u HC 4007 (HC) Healthline, kif ukoll il-ħlas ta' interessi għal dewmien.
Dispożittiv
1.
Rednap AB hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni l-ammont ta' EUR 334 375,49.
2.
Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 219 125,22 mill-1 ta' Ġunju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
3.
Rednap hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni interessi għal dewmien fuq l-ammont ta' EUR 115 250,27 mill-31 ta' Mejju 2002 bir-rata statutorja stabbilita mid-dritt Grieg u dan sal-ħlas kollu tad-dejn, mingħajr din ir-rata ma tkun tista' taqbeż, mill-1 ta' Awwissu 2007, 11.75 % fis-sena.
4.
Rednap hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy