30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Novembru 2009 — Esber vs UASI — Coloris Gobal Colouring Concept (COLOURS)
(Kawża T-353/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLORIS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti COLORIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu serju tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(2)(a) u Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 24/81
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Esber, SA (Burceña-Baracaldo, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni, J. Calderón Chavero u M. Yañez Manglano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Coloris Global Coloring Concept (Villeneuve Loubet, Franza) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ġunju 2007 (Każ R 1060/2006-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coloris Global Coloring Concept u Esber, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Esber, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy