7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Diċembru 2008 — Focus Magazin Verlag vs UASI — Editorial Planeta (FOCUS Radio)
(Kawża T-357/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FOCUS Radio - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti FOCUS MILENIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 32/62)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Müller, R. Schweizer u T. Schwarz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Editorial Planeta, SA (Barċellona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Lulju 2007 (każ R 269/2005-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Editorial Planeta, SA, u Focus Magazin Verlag GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Focus Magazin Verlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy