4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni vs Bertolete et
(Kawżi magħquda T-359/07 P sa T-361/07 P) (1)
(“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt tal-UIL - Ex ħaddiema impjegati taħt il-liġi tal-Belġju - Tibdil fis-sistema applikabbli - Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-remunuerazzjoni - Trattament ugwali’)
(2009/C 82/41)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios, aġenti)
Appellati: Marli Bertolete (Woluwé-Saint-Lambert, il-Belġju) u t-tmien membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza); Sabrina Abarca Montiel (Wauthier-Braine, il-Belġju) u 19 il-membru ieħor tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza; Béatrice Ider (Halle, il-Belġju); Marie-Claire Desorbay (Meise, il-Belġju); u Lino Noschese (Braine-le-Château, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Suġġett
Tliet appelli ppreżentati kontra s-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewoprea (It-Tieni Awla), tal-5 ta' Lulju 2007, Bertolete et vs Il-Kummissjoni (F-26/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Abarca Montiel et vs Il-Kummissjoni (F-24/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Ider et vs Il-Kummissjoni (F-25/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiżi li jannullaw dawn is-sentenzi.
Dispożittiv
1)
Is-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-5 ta' Lulju 2007, Bertolete et vs Il-Kummissjoni (F-26/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), Abarca Montiel et vs Il-Kummissjoni (F-24/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u Ider et vs Il-Kummissjoni (F-25/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), huma annullati.
2)
Ir-rikorsi tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, M. Bertolete u 8 membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni fosthom dawk li isimhom jidher fl-anness, S. Abarca Montiel u 19 il-membri oħra tal-persunal bil-kuntratt tal-Kummissjoni li ismhom jidher fl-anness, B. Ider, M. Desorbay u L. Noschese, huma miċħuda.
3)
Ir-rikorrenti fl-ewwel istanza u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy