6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Procter & Gamble vs UASI — Prestige Cosmetics (P&G PRESTIGE BEAUTE)
(Kawża T-366/07) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PG PRESTIGE BEAUTE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Prestige - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2010/C 301/39
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Procter Gamble Company (Cincinnati, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Sandberg u B. Klingberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Prestige Cosmetics SpA (Anzola Emilia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Mugnoz, M. Andreolini u A. Parini, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentant kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Prestige Cosmetics Srl u The Procter Gamble Company.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Lulju 2007 (Każ R 681/2006-2) hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ The Procter Gamble Company marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(3)
Prestige Company SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ The Procter Gamble Company marbuta mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
(4)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy