7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2011 — Il-Latvja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/07) (1)
(Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012 - Terminu ta’ tliet xhur - Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2003/87)
2011/C 139/29
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: iniżjalment E. Balode-Buraka u K. Bārdiņa, sussegwentement L. Ostrovska u fl-aħħar L. Ostrovska u K. Drēviņa, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, E. Kalnins u I. Rubene, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, aġent); u Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: iniżjalment J. Čorba, sussegwentement B. Ricziová, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Britttanja u L-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: iniżjalment minn Z. Bryanston-Cross, sussegwentement S. Behzadi-Spencer, I. Rao u F. Penlington, aġenti, assistiti minn J. Maurici, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3409, tat-13 ta’ Lulju 2007, dwar il-bidla fil-pjan nazzjonali tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubbblika tal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631)
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3409, tat-13 ta’ Lulju 2007, dwar il-bidla fil-pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra nnotifikat mir-Repubbblika tal-Latvja għall-perijodu bejn l-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Latvja.
(3)
Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika Slovakka u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 269, 10.11.2007
Full & Egal Universal Law Academy