10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — EOS vs UASI (PrimeCast)
(Kawża T-373/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PrimeCast - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: EOS GmbH Electro Optical Systems (Krailling, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mentjes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Lulju 2007 (każ R 333/2005-4) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PrimeCast bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EOS GmbH Electro Optical Systems hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 283, 24.11.2007.
Full & Egal Universal Law Academy