16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Novembru 2009 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-376/07) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna lill-imprizi żgħar u ta’ daqs medju - Deċiżjoni għal inġunzjoni ta’ informazzjoni dwar żewġ skemi ta’ għajnuna mill-Istat - Setgħat ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni taħt ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 70/2001”)
2010/C 11/45
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma, J. Möller u B. Klein, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Gross u B. Martenczuk, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3226, tat-18 ta’ Lulju 2007, għal inġunzjoni ta’ informazzjoni dwar żewġ skemi ta’ għajnuna mill-Istat li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001, tat-12 ta’ Jannar 2001, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [87 KE] u [88 KE] għall-għajnuna tal-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, p. 33).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy