19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ Ottubru 2009 — Peek & Cloppenburg vs UASI — Redfil (Agile)
(Kawża T-386/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Procedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Agile - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti Aygill’s - Raguni relattiva għal rifjut - Probbabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 312/44
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, A. Renck u V. von Bomhard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, sussegwentement R. Pethke, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Redfil, SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: C. Hernández Hernández, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1324/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u Redfil, SL.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Lulju 2007 (Każ R 1324/2006-2) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Peek & Cloppenburg.
(3)
Redfil, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 297, 08.12.2007
Full & Egal Universal Law Academy