9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-387/07) (1)
(FEŻR - Tnaqqis f’għajnuna finanzjarja - Sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugal - Rikors għal annullament - Spejjeż effettivament sostnuti - Klawżola ta’ arbitraġġ)
2011/C 113/22
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u L. Flynn, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fir-rigward tas-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy