20.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 327/23
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Novembru 2008 — Speiser vs Il-Parlament
(Kawża T-390/07 P) (1)
(“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Ammissibbiltà - Allowance ta' espatrijazzjoni - Deċiżjoni purament konfermattiva - Ilment tardiv’)
(2008/C 327/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Michael Alexander Speiser (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Theumer, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment A. Lukošiūtė u N. Lorenz, u wara A. Lukošiūtė u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-10 ta' Settembru 2007, Speiser vs Il-Parlament (F-146/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż li sostniet fil-kuntest ta' din l-istanza.
(1) ĠU C 297, 8.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy