10.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/29
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-12 ta' Novembru 2008 — GretagMacbeth vs UASI (Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri)
(Kawża T-400/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ta' bil-kulur - Taħlita ta' 24 kwadri ta' kuluri - Raġunjiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 6/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GretagMacbeth LLC (New Windsor, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, agent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Awwissu 2007 (każ R 30/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal bil-kulur, kompost minn 24 kwadri ta' kuluri, bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GretagMacbeth LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 315, 22.12.2007.
Full & Egal Universal Law Academy