9.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011 — Caixa Geral de Depósitos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-401/07) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall - Rikors għal annullament - Interess dirett - Inammissibbiltà - Klawżola ta’ arbitraġġ)
2011/C 113/23
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Caixa Geral de Depósitos, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz, F. Ponce de Leão Paulouro u C. Farinhas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, P. Guerra u Andrade, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parziali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) dwar is-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, u talba għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumplament tal-għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 238 KE.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Caixa Geral de Depósitos, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy