16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/35
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Marzu 2009 — Kaul vs UASI — Bayer (ARCOL)
(Kawża T-402/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARCOL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CAPOL - Eżekuzzjoni mill-UASI ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tagħha - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 61(2), Artikolu 63(6), it-tieni sentenza tal-Artikolu 73 u Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 113/71
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaul GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċijoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 782/2002-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaul GmbH u Bayer AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kaul GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy