22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2011 — CMB u Christof vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-407/07) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-AER - Provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku - Ċaħda tal-offerta - Rikors għal annullament - Kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ilment amministrattiv imressaq qabel - Żball skużabbli - Kriterji ta’ għoti - Regoli ta’ proċedura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2011/C 311/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CMB Maschinenbau & Handels GmbH (Gratkorn, l-Awstrija); u J. Christof GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment A. Petsche, N. Niejahr, avukati, F. Young, solicitor, u Q. Azau, avukat, sussegwentement A. Petsche, N. Niejahr u Q. Azau)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EuropeAid/124192/D/SUP/YU li tirrigwarda l-provvista ta’ tagħmir għall-ġestjoni ta’ skart mediku (ĠU 2006, S 233-248823), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
CMB Maschinenbau & Handels GmbH u J. Christof GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 8, 12.01.2008.
Full & Egal Universal Law Academy