4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Mejju 2009 — Jurado Hermanos vs UASI (JURADO)
(Kawża T-410/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali JURADO - Nuqqas ta’ talba għal tiġdid mill-proprjetarju tat-trade mark - Kanċellazzjoni tat-trade mark fl-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mil-liċenzjat esklużiv”)
2009/C 153/71
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Jurado Hermanos, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: C. Martín Álvarez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u P. López Fernández de Corres, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 866/2007-2) dwar l-applikazzjoni għal restitutio in integrum ippreżentata mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jurado Hermanos, SL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy