21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/37
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Frar 2009 — Bayern Innovativ vs UASI — Life Sciences Partners Perstock (LifeScience)
(Kawża T-413/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LifeScience - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Life Sciences Partners - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 69/85)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH (Nürenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Beschorner, B. Glaser, C. Thomas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Life Sciences Partners Perstock NV (Amsterdam, l-Olanda)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Awwissu 2007 (Każ R 1545/2006-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Life Sciences Partners Perstock NV u Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bayern Innovativ — Bayerische Gesellschaft für Innovation und Wissenstransfer mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy