15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/19
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-2 ta’ Lulju 2009 — Euro-Information vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ id iżżomm kard bi tliet trijangoli)
(Kawża T-414/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta id iżżomm kard bi tliet trijangoli - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2009/C 193/28
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, M. Chaminade u L. Paudrat, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto et R. Bianchi, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2007 (Każ R 290/2007-1) li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta’ sinjal li jirrappreżenta id iżżomm kard bi tliet trijangoli
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy