1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/46
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 18 ta' Ġunju 2009 — LIBRO Handelsgesellschaft mbH vs UASI– Dagmar Causley (LiBRO)
(Kawża T-418/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LIBERO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-intervenjenti - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Iffirmar tan-nota li tesponi l-aggravji quddiem il-Bord tal-Appell - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell”)
2009/C 180/84
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LIBRO Handelsgesellschaft mbH (Guntramsdorf, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Prantl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Dagmar Causley (Pleidelsheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Günther, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell ta-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1454/2005-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dagmar Causley u LIBRO Handelsgesellschaft mbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talba ta’ Dagmar Causley hija miċħuda.
3)
LIBRO Handelsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż, ħlief għal dawk ta’ Dagmar Causley.
4)
Dagmar Causley għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008
Full & Egal Universal Law Academy