15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/20
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ Lulju 2009 — Okalux vs UASI Messe Düsseldorf (OKATECH)
(Kawża T-419/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali OKATECH - Revoka parzjali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikoli 57 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 58 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali - Dritt għal smigħ”)
2009/C 193/29
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment I. Friedhoff, sussegwentement S. von Petersdorff-Campen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 766/2007-2) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Messe Düsseldorf GmbH u Okalux GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy