28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2011 — Deutsche Post vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-421/07) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Nuqqas ta’ deċiżjoni definittiva preċedenti - Inammissibbiltà)
2012/C 25/87
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Khan u B. Martenczuk, sussegwentement B. Martenczuk u D. Grespan, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Ottervanger u E. Henny, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4144 finali, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lil Deutsche Post AG [għajnuna C 36/07 (ex NN 25/07)].
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Deutsche Post AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
UPS Europe NV/SA u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 22, 26.01.2008.
Full & Egal Universal Law Academy