7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Jannar 2009 — Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM)
(Kawża T-424/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OPTIMUM - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Obbligu ta' motivazzjoni - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 73 u Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94’)
(2009/C 55/44)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International, Inc. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Settembru 2007 (Każ R 288/2007-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali OPTIMUM bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pioneer Hi-Bred International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 8, 12.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy