22.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Mirto Corporación Empresarial vs UASI Maglificio Barbara (Mirtillino)
(Kawża T-427/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa Mirtillino - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MIRTO - Raġuni relativa għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 134/50
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Mirto Corporación Empresarial, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Maglificio Barbara Srl (Busto Arsizio, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 875/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Creaciones Mirto SA u Maglificio Barbara Srl.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Mirto Corporación Empresarial, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy