31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2010 — CEVA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-428/07 u T-455/07) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni fis-settur ‘Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin (1998-2002)’ - Proġetti Seahealth u Biopal - Noti ta’ debitu - Talbiet għal annullament - Rikwalifikazzjoni tar-rikorsi - Ammissibbiltà - Prinċipju tal-kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża - Irkupru tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha mħallsa mill-Unjoni Ewropea - Irregolaritajiet finanzjarji serji)
2010/C 209/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Escobar Guerrero u W. Roels, imbagħad W. Roels, aġenti, assistiti minn E. Bouttier, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, fil-Kawża T-428/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240908670, tal-20 ta’ Settembru 2007, fir-rigward tal-proġett Seahealth, u fil-Kawża T-455/07, tan-nota ta’ debitu Nru 3240909271, tal-4 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kuntratt Biopal, kif ukoll sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tirrimborsa dawn in-noti ta’ debitu favur CEVA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
(2)
Kull parti għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-parti l-oħra.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy