21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/42
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2009 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-432/07) (1)
(“FAEGG - Taqsima “Garanzija” - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi”)
2009/C 282/79
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: G. de Bergues, A.-L. During, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/647/KE, tat-3 ta’ Ottubru 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq imwettaq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU L 261, p. 28) sa fejn din id-deċiżjoni teskludi ċertu nfiq imwettaq mir-Repubblika ta’ Franza favur organizzazzjonijiet tal-produtturi ta’ frott u ħaxix.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika ta’ Franza hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 26.1.2008.
Full & Egal Universal Law Academy