30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/47
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 2 ta’ Diċembru 2009 — Volvo Trademark vs UASI — Grebenshikova (SOLVO)
(Kawża T-434/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament KE Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 24/82
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Elena Grebenshikova (Saint-Pétersbourg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1240/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Elena Grebenshikova.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1240/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Elena Grebenshikova, hija annullata.
(2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Volvo Trademark Holding.
(3)
E. Grebenshikova hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Volvo Trademark Holding.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy