24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/28
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 — New Look vs UASI (NEW LOOK)
(Kawża T-435/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEW LOOK - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2009/C 19/54)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: New Look Ltd (Weymouth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, M. Blair u K. Gilbert, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2007 (Każ R 670/2007-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEW LOOK bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
New Look Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy