16.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 11/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-12 ta’ Novembru 2009 — Spa Monopole vs UASI — De Francesco Import (SpagO)
(Kawża T-438/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SpagO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2010/C 11/47
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu, É. De Gryse, D. Moreau, J. Pagenberg, A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: De Francesco Import GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Terheggen et H. Linder, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Settembru 2007 (Każ R 1285/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn De Francesco Import GmbH u Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008
Full & Egal Universal Law Academy