11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Coats Holdings vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-439/07) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq taż-żippijiet u tat-‘tipi oħra ta’ qafliet’ - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Żiediet fil-prezzijiet miftiehma, iffissar tal-prezzijiet minimi, qsim tal-klijentela u tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali oħra - Prova - Ksur uniku u kontinwat - Preskrizzjoni - Drittijiet tad-difiża - Multi - Linji gwida)
2012/C 243/20
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Coats Holdings Ltd (Uxbridge Middlesex, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: W. Sibree, C. Jeffs, K. O’Connell, J. Boyce, solicitors, u D. Anderson, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u K. Mojzesowicz, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4257 finali, tad-19 ta’ Settembru 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (KE) (Każ COMP/39.168 — PO/Oġġetti għall-ħjata tal-metall u tal-plastik: qfieli), dwar akkordju fis-swieq Ewropew u dinji tal-qfiel u tal-magni għat-tqegħid, safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Coats Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy