24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Settembru 2009 — Royal Appliance International vs UASI — BSH Bosch und Siemens Hausgeräte (Centrixx)
(Kawża T-446/07) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Centrixx - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti sensixx - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 256/45
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Royal Appliance International GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K.-J. Michaeli u M. Schork, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Münich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ottubru 2007 (Każ R 572/2006-4) fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Royal Appliance international GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Appliance International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 9.2.2008.
Full & Egal Universal Law Academy